Lokali

Wara l-filmat li rawh aktar minn 50 miljun, Ozzy Lino llejla waqt Newsfeed fuq Net TV

Illejla LIVE waqt Newsfeed se niltaqgħu mar-“Random passenger” li jidher f’dan il-filmat.

Bħal llum ġimgħa ttella’ dan il-filmat fuq Facebook u sa issa rawh aktar minn 50 miljun darba. F’dan il-filmat, KIDDO KAT qed ikantaw f’waħda mill-metros ta’ Frankfurt. Fid-daqqa u l-ħin jibda jkanta raġel li jkun passiġġier fuq l-istess metro. Dan ir-raġel huwa artist u dan l-artist hu l-Malti Ozzy Lino. Wara dan il-filmat, Ozzy Lino spiċċa fuq il-midja internazzjonali.

Naturalment illejla waqt il-programm Newsfeed, Ozzy Lino se jitkellem dwar dak li għandu pjanat għal futur u kif xi ħaġa ta’ kumbinazzjoni, tista’ taffettwalu l-karriera.