Indjan ta’ 47 sena residenti l-Imsida sofra feriti gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar ħames metri waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’fabbrika f’Ħal Kirkop.
Jirriżulta li għall-ħabta tas-1.15pm, ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fuq scaffolding fuq ġewwa tal-fabbrika, li tinsab fi Triq l-Industrija, meta għal xi raġuni waqa’.
Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei, bl-Indjan jittieħed l-Isptar wara li ngħata l-ewwel għajnuna fil-post.
Hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi. Il-Pulizija tad-Distrett qed jinvestigaw il-każ.
//= $special ?>
