Dalgħodu fit-traffic lights tal-Barrani kien hemm xena mhux tas-soltu, hekk kif wiżża u l-flieles tagħha dehru jaqsmu t-triq u filfatt għamlu użu huma wkoll mit-traffic lights li jaqsmu tliet lokalitajiet, Ħal-Tarxien, iż-Żejtun u l-Gudja.
Minħabba li din iż-żona hija waħda traffikuża ħafna, kien kien hemm periklu li din il-wiżża u l-flieles tagħha jittajru, iżda jidher li sar kuntatt mal-awtoritajiet biex ikun evitat kull periklu.
Ritratti : facebook




