Jidher li l-ISIS fil-Libja tinsab taħt ħafna pressjoni hekk kif il-ġellieda ta’ dan il-grupp kellhom jirtiraw minn qagħdiet li kienu ilhom iżommu madwar il-port ta’ Derna. Dan hekk kif truppi leali lejn il-Gvern bażat f’Tobruk kompla bl-offensiva kontrihom.
Jekk ikun konfermat li seħħet l-irtirata tal-ISIS minn madwar Derna, din tkun bidla kbira fis-sitwazzjoni rigward l-ISIS fil-Libja.
Minkejja li l-ISIS f’Ġunju tas-sena li għaddiet kellha tirtira minn Derna, il-grupp baqa’ jokkupa qagħdiet madwar il-belt imma issa qed ikun rappurtat li anki miz-zoni ta’ madwar Derna, l-ISIS kien irtira.
Issa jidher li l-attenżjoni qed iddur fuq Sirte, il-belt Libjana tul il-kosta u li tinsab taħt il-kontroll tal-ISIS imma tul it-triq sabu reżistenza. Hemm rapporti ta’ ġlied anki madwar il-port ta’ Ganfouda f’Bengażi. Qed ikun rappourtat li l-ġellieda tal-ISIS issa jinsabu mdawra f’Ganfouda u qed jippruvaw jaħarbu bil-baħar.
L-ISIS tirtira minn madwar Derna fil-Libja
