It-Tmexxija tal-Ekwador ħabbret miżuri ekonomiċi drastiċi, fosthom żieda fit-taxxa u ‘kontribuzzjonijiet mis-salarji tan-nies’, biex tikkonfronta l-konsegwenzi katastrofiċi tat-terremot li laqat il-pajjiż jiem ilu u li ħalla aktar minn 500 mejtin u ’l fuq minn 5,000 midrubin.
It-terremot tas-Sibt, li kien jimmarka 7.8 fuq l-Iskala Richter, kien l-agħar li laqat lill-Ekwador għal snin. Dan meta kkrollaw mijiet ta’ binjiet, waqt li t-toroq u infrastruttura oħra qalb iz-zoni turistiċi tal-Ekwador ġarrbu ħsarat inkalkulabbli.
Minbarra t-telfa traġika tal-ħajja, ir-riżultati tat-theżżiż tal-art anki jfissru daqqa ta’ ħarta kbira lill-Ekwador mil-lat ekonomiku. Dan meta l-Ekwador – produttur taż-żejt – diġà kien intlaqat minn tnaqqis konsiderevoli fil-prezzijiet tar-riżors.
Miżuri drastiċi wara t-terremot fl-Ekwador
