Lokali

Samuel Azzopardi jirriżenja minn Sindku tar-Rabat Għawdex

Samuel Azzopardi, irriżenja minn Sindku tar-Rabat Għawdex u ssospenda ruħu mill-Partit Nazzjonalista.

Dan sar magħruf f’ittra li Azzopardi bagħat lis-Segretarju Ġenerali tal-PN Rosette Thake.

Kif spjegat l-ittra ta’ Samuel Azzopardi, din id-deċizjoni ttieħdet fid-dawl li probabilment, l-istess Azzopardi jitressaq quddiem il-Qorti b’konsegwenza ta’ inċident tat-traffiku li kien involut fih nhar il-Ħadd li ghadda.

Filwaqt li jaċċetta din l-ittra ta’ sospensjoni, il-Partit Nazzjonalista jesprimi l-apprezzament tiegħu lejn Samuel Azzopardi għall-korrettezza politika tiegħu.

Bid-deċizjoni tiegħu, Samuel Azzopardi qed jagħti eżempju lil kull min jokkupa kariga pubblika u eżempju akbar lil min għandu ferm aktar għal x’hiex jirriżenja mill-kariga tiegħu, saħaq il-Partit Nazzjonalista.