Studenti li kellhom eżami orali tal-Ġermaniż kellhom jistennew għal iktar minn siegħa u nofs wara li uħud mill-eżaminaturi ma tfaċċawx.
Il-ġurnal Times of Malta jikkwota sorsi jgħidu li l-istudenti kellhom jagħhmlu eżami l-Erbgħa waranofinhar fil-Kulleġġ Santa Tereża ta’ Birkirkara għall-ħabta tal-4p.m. iżda kellhom jistennew barra l-klassijiet għal iktar minn siegħa u nofs.
Ġenitur li tkellem mal-ġurnal qal li din is-sitwazzjoni kienet waħda ridikola hekk kif l-istudenti jkunu għaddejjin minn ansjeta’ għall-eżami. Eventwalment, l-istudenti għamlu l-eżami ma’ eżaminaturi oħrajn li kienu preżenti.
Iżda d-Direttur tal-Matsec Examinations Board Support Unit Dario Pirotta, ikkuntattjat minn Times of Malta, ċaħad li kien hemm xi problemi u qal li l-bord ma rċeva l-ebda rapporti u mill-investigazzjonijiet li saru, ma jirriżultax li kien hemm xi dewmien sinjifikanti.
//= $special ?>

