Mużika

FILMAT: Iva Zanicchi u l-Papa Franġisku jkantaw il-Missierna

Meqjusa bħala silta li ssaħħrek il-verżjoni l-ġdida tat-talba l-aktar antika tal-Insara; it-talba tal-Missierna. Kanzunetta li hija interpretata mill-artista Taljana Iva Zanicchi bis-sehem tal-Papa Franġisku.

Il-video ta’ din il-kanzunetta ħareġ propju din il-ġimgħa, għalkemm l-album sħiħ ilu li ħareġ għall-bejgħ mill-bidu ta’ April. L-album iġib l-isma “Padre Nostro”.

Iva Zanicchi, li għal 10 snin serviet bħala Membru fil-Parlament Ewropew, għandha 76 sena. Hi tibqa’ sinonima għas-sehem tagħha fuq it-televiżjoni bil-programm “Ok, Il Prezzo e Giusto”, bil-parteċipazzjoni f’diversi edizzjonijiet ta’ Sanremo u numru ta’ films li ħadmet fihom.

Illum il-vuċi tagħha qed tirritorna f’dan l-album ġdid, flimkien mal-mistieden speċjali l-Papa Franġisku.