Lokali

Filmat: “Se nispiċċa barra fit-triq” – Palestinjan li ilu 10 snin Malta | Aġġornata: Id-Dar terġa’ tilqgħu fi ħdanha

Il-wasla ta’ numru konsiderevoli ta’ barranin f’pajjiżna, illi ħafna minnhom tpoġġew fid-Dar Bon Pastur ta’ Ħal Balzan, fisser illi ħaddieħor spiċċa kellu joħroġ minn din id-Dar sabiex jagħmel spazju.

Uħud minn dawk li kienu fil-Bon Pastur ittieħdu fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni l-Marsa. Oħrajn, bħal Adel Hassan, ma jistax imur il-Marsa minħabba l-kundizzjonijiet mediċi serji li għandu. Għalhekk, Adel Hassan se jispiċċa barra fit-triq.

Hekk sostna Hassan f’intervista ma’ NETnews.com.mt illum wara nofsinhar.

Adel Hassan, li hu Palestinjan, ilu 10 snin Malta u 8 snin jgħix mas-sorijiet tal-Bon Pastur. Hu għandu permess jgħix Malta fuq bażi umanitarja.

Hassan saħansitra ċempel il-Ministeru tal-Intern iżda ħadd ma ta kasu.

Aġġornament: Sadanittant, kelliem għall-Kurja Arċiveskovili qal lil NETnews.com.mt li wara li ħarġet din l-istorja, ir-raġel illejla mhux se jkun qed jorqod barra, iżda se jkompli jinżamm fid-Dar Bon Pastur.