Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħabbret illi minħabba xogħolijiet ta’ emerġenza fuq main tal-ilma, Triq Tal-Balal fin-Naxxar ħdejn il-pompa tal-petrol, se tingħalaq għada is-Sibt 23 ta’ April mit-8.00 ta’ filghodu sa l-10.00 ta’ bil-lejl.
Traffiku sejjer minn u lejn in-Naxxar u San Ġwann jista’ jgħaddi minn toroq alternattivi indikati sew mit-tabelli tad-devjazzjoni.
Is-sewwieqa huma mħeġġa biex isuqu bil-galbu u jobdu s-sinjal tat-traffiku.
Il-Korporazzjoni tal-Ilma fi stqarrija skużat ruħha għal kull inkonvenjent.
//= $special ?>

