Minkejja li l-Konvenzjoni Ġenerali ‘Idea Ambjent’ saret f’Jannar li għadda, il-Partit Nazzjonalista għadu għaddej b’sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni bil-għan li jkun jista’ jifforma l-aqwa politika ambjentali għall-pajjiż.
Għal dan il-għan, ix-Shadow Minister Marthese Portelli u l-Kelliem għall-Ambjent Ryan Callus iltaqgħu ma’ numru ta’ imsieħba soċjali f’laqgħa informali li matulha ġew diskussi diversi temi ambjentali.
Fost l-imsieħba soċjali preżenti għal din il-laqgħa kien hemm il-General Workers’ Union, l-Assoċjazzjoni Maltija tar-Ristoranti u l-Lukandi u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi.
Wara sensiela ta’ laqgħa oħra ta’ konsultazzjoni, il-Partit Nazzjonalista imbgħad jippubblika dokument ta’ konsultazzjoni dwar il-politika tal-ambjent.
Għal-laqgħa attendiet ukoll il-President tal-Konvenzjoni Ġenerali ‘Idea Ambjent’ Simone Vella Lenicker u l-President tal-Fondazzjoni Ażad David Griscti.
//= $special ?>

