L-EBU ħabbret li r-Rumanija tkeċċiet mill-Eurovision ta’ din is-sena wara li l-istazzjon televiżiv falla milli jħallas dejn ta’ €14-il miljun.
Fi stqarrija fuq is-sit tal-Eurovision, l-EBU qalet li keċċiet lill-istazzjon televiżiv nazzjonali tar-Rumanija, Televiziunea Romana (TVR) wara li dawn naqsu milli jħallsu dejn li jlaħħaq l-€14-il miljun.
Ir-Rumanija din is-sena kienet se tieħu sehem fit-tieni semi-finali li se ssir fit-12 ta’ Mejju.
//= $special ?>