Biex jiċċelebraw Earth Day, voluntiera mill-Ambaxxata Amerikana, Nature Trust (Malta), il-Kunsill Lokali tal-Mellieha, Malta National Aquarium, Maltaqua Dive School, Sharklab, Orangeshark H2o u HSBC Bank, flimkien ma’ numru ta’ studenti internazzjonali ġabru iż-żibel li ntrema fil-Bajja tal-Armier. Dan il-proġett ta’ tindif sar illum nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ April.
Il-voluntiera ġabru 600 kilo żibel minn fuq l-għarem tar-ramel u iż-żona tal-madwar inkuż: 190 kilo ta’ materjal ġenerali, 58 kilo ta’ materjal tal-plastik, 266 kilo ta’ metal u ħġieġ. 86 kilo ta’ żibel nġabar minn qiegħ il-baħar.
Iż-żibel li jintrema fuq il-kosta joħloq problemi serji ta’ tniġġis li jaffettwaw s-saħħa tan-nies, l-ambjent naturali u l-ekonomiji lokali. Kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Oċean għandhom prijorità fuq l-aġenda tal-politika barranija tal-Istati Uniti tal-Amerka. L-Istati Uniti flimkien mal-imsieħba internazzjonali għandhom impenn biex jippromuovu s-sajd sostenibbli w jikkumbattu it-tniġġis tal-baħar u l-aċidifikazzjoni tal-oċeani.
L-Ambaxxatriċi Amerikana G. Kathleen Hill u is-Sur John Buttigieg, Sindku tal-Mellieħa u uffiċjali tal-HSBC Bank ipparteċipaw fil-proġett ambjentali. Dr. Anthony Grupetta, uffiċjal ta’ Nature Trust (Malta) tkellem fuq l-ambjent tal-art u tal-baħar. Grupetta ddiskuta l-impatt li ż-żibel iħalli fuq l-ambjent u l-importanza tal-protezzjoni ta’ żoni li huma ekoloġikament sensittivi bħall-Bajja tal-Armier.
F’kummenti tal-okkażjoni, l-Ambaxxatriċi Hill tenniet l-impenn tal-President Obama għall-protezzjoni tal-oċeani. Hija qalet, “Jekk inżommu l-ibħra u l-oċeani tagħna ndaf nistgħu nżommu l-ambjent tal-baħar u l-ekosistemi tal-baħar b’saħħithom u produttivi.”
//= $special ?>

