Stefania Dimech Sant inħatret Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Richmond (Malta) b’effett minn dan ix-xahar. Dimech Sant, li għandha l-professjoni ta’ Social Worker, ħadmet fil-qasam soċjali u tal-public policy u għandha aktar minn 15-il sena esperjenza fis-servizz pubbliku. Hi wkoll Lecturer fis-Social Policy fl-Università ta’ Malta u kisbet l-M.A. fil-European Studies mill-Università ta’ Sussex.
Il-ħatra ta’ Stefania Dimech Sant se tkompli ssaħħaħ it-tim professjonali dinamiku tal-Fondazzjoni Richmond. Dwar il-ħatra tagħha, hi qalet li se taħdem bis-sħiħ biex issaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni Richmond u dawk li jużaw is-servizzi tagħha, kif ukoll stakeholders oħrajn, bl-iskop li titnaqqas l-istigma, biex jissaħħu s-servizzi fil-komunità u biex kwistjonijiet dwar is-saħħa mentali jitpoġġew fuq l-aġenda nazzjonali.
Permezz ta’ din il-ħatra, il-Fondazzjoni Richmond qed timpenja ruħha li tkompli ttejjeb is-servizzi ta’ kwalità tagħha bbażati fuq l-impenn favur il-valuri tas-saħħa mentali, li tant ippromwoviet matul it-23 sena li ilha mwaqqfa.
//= $special ?>

