Qorti

Mara fis-sakra toħloq kommossjoni fiż-Żejtun u taggredixxi żewġ Pulizija

Mara li l-Ħamis qalgħet kommossjoni f’bar fiż-Żejtun, wara argument ma’ raġel u anki aggrediet lill-pulizija li ssejħu fuq il-post, ngħatat sentenza ta’ ħabs sospiża għal sentejn u ġiet ordnata tħallas multa ta’ €800.

Il-Mara ta’ 35 sena miż-Żejtun wieġbet ħatja tal-akkużi kollha miġjuba kontirha quddiem il-Maġistrat Antonio Vella. Il-mara kienet akkużata li darbet ħafif żewġ uffiċjali tal-pulizija, li m’obdietx l-ordnijiet, irreżistiet l-arrest u li aggrediet tlett irġiel miż-Żejtun.

Hi kienet akkużata wkoll li insultat tliet uffiċjali oħra u tabib fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u li kienet fis-sakra.

L-Ispettur Johann Fenech mexxa l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-avukati Dean Hili u Joseph Gatt dehru għall-akkużata.