Tania Schembri ta’ 43 sena sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku matul il-lejl li għadda.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fi Triq il-Pwales f’San Pawl il-Baħar għall-ħabta tat-3a.m.
Il-mara kienet qed issuq karozza tat-tip Chevrolet Aveo meta għal xi raġuni din ħabtet ma’ bankina.
Hi ttieħdet fl-isptar Mater Dei għal kura medika fejn iktar tard kienet iċċertifikata li tinsab f’qagħda kritika.
Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Consuelo Scerri Herrera li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>

