Edukazzjoni

Open Day fl-iskola St Joseph ta’ Blata l-Bajda

In-Natura u l-Ambjent kienu l-qofol tal-attivitajiet li ġew organizzati llum waqt Open Day li saret fl-iskola ta’ St Joseph Blata l-Bajda. Waqt din il-ġurnata, l-istudenti ta’ kull klassi tal-Primarja ħejjew attivitajiet li varjaw minn dawk fiżiċi, għal mużika, kant, reċti, stejjer, wirjiet u anki tisjir, kollha jiffukaw fuq it-tema ‘The World Around Us’.

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tmexxiet mill-Kap tal-iSkola Sr Bernardette Gafa’ u attenda ukoll Fr Charles Mallia O.Carm. li hu d-Delegat tal-Arċisqof biex imexxi s-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija.

tfal st joseph 2

st joseph blata bajda