Ambjent Lokali

Simon Busuttil jiltaqa’ mal-bdiewa fuq il-lant tax-xogħol f’Ħal Far

Il-ġurnata għall-bdiewa Maltin tibda minn kmieni filgħodu u dawk f’Ħal Far illum kellhom żjara mhux tas-soltu minn delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, immexxija mill-Kap tal-Partit Simon Busuttil.

Michael Caruana hu bidwi żagħżugħ ta’ 28 sena, li sar popolari ħafna meta deher f’filmat jippromwovi l-patata Maltija. Fuq inġenji ġodda b’investiment ta’ għexieren ta’ ewro, Michael spjega lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista kif jitqassam il-jum tax-xogħol.

Matul il-laqgħa, il-bdiewa spjegaw l-isifidi tagħhom lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, li min-naħa tiegħu wiegħed l-appoġġ tal-Partit għall-ħidma siewja li dawn jagħmlu. Hu fakkar fid-diversi inċentivi li nies f’dan is-settur gawdew minnhom minn Gvern Nazzjonalista.

Simon Busuttil kien akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Agrikoltura u s-Sajd Toni Bezzina.