IN-NAZZJON jiddedika parti kbira mill-faċċata ta’ quddiem għal ritratt ta’ bdiewa jispjegaw ix-xogħol tagħhom waqt żjara f’Ħal Far mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Hu kien akkumpanjat mill-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Agrikoltura u s-Sajd Toni Bezzina. In-Nazzjon jirrapporta wkoll dwar kif Il-Gvern m’hu qed jitkellem xejn dwar l-istudji marittimi fuq it-tankers tal-LNG fil-Port ta’ Marsaxlokk li se jkunu qed ifornu l-power station il-ġdida tal-gass.
TIMES OF MALTA jirrapporta dwar kif ix-xogħol fil-Park tal-Avjazzjoni waqa’ iktar minn sena lura u hemm ċans kbir li jintilfu fondi mill-Unjoni Ewropea. Storja oħra fuq dan il-ġurnal hi dwar l-aħħar każ ta’ talba ta’ informazzjoni mill-ġurnalisti taħt l-Att dwar l-Informazzjoni Ħielsa li ġiet miċħuda mill-Gvern. Din id-darba, kienet l-Awtorita’ ġdida dwar l-Ambjent li rrifjutat talba sabiex ikunu ppubblikati r-riżultati ta’ investigazzjoni dwar permess sabiex tinbena villa fuq art agrikola li hi propjeta’ ta’ bint Bertu Pace, eks-Deputat Laburista u konsulent tas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes.
THE MALTA INDEPENDENT jippubblika ritratt tal-Prim Ministru Joseph Muscat jiffirma l-ftehim dwar il-bidla fil-klima fil-kwartieri tan-NU fi New York. Fl-ewwel faċċata hemm ukoll storja dwar il-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar li jidher li esprima x-xewqa li jirriżenja, 16-il xahar biss wara li ħa post l-Aġent Kummissarju Raymond Zammit. Il-ġurnal jirrapporta wkoll tnaqqis ta’ 2.6% matul is-sena li għaddiet fin-numru ta’ studenti li ġew Malta sabiex jitgħallmu l-Ingliż
L-ORIZZONT jirrapporta dwar l-investigazzjoni interna fl-Allied Newspapers wara li l-eks Direttur Maniġerjali Adrian Hillman irriżenja wara akkuża li xxaħħam miċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri. Storja oħra fl-ewwel faċċata tal-Orizzont hi dwar il-Power Station tal-Marsa u s-sejħa mis-Sindku sabiex is-sit jingħata lura lill-komunita’.
//= $special ?>