The Malta Independent illum qed tirraporta li sorsi fi hdan il-Gvern kkonfermaw li l-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar wera x-xewqa li jirrizenja mill-kariga tieghu minhabba ragunijiet ta’ sahha.
The Malta Independent tirraporta li ricentament il-Kummissarju tal-Pulizija kien msiefer u meta rritorna Malta hu kien rikoverat l-isptar Mater Dei.
L-Indepedent tirraporta li s-sorsi tagħha li ricentement ltaqghu mal-Kummissarju tal-Pulizija, qalulha li hu sostna ghal diversi drabi li jrid jiehu hsieb sahtu.
F’kummenti waqt il-programm Għandi xi Ngġid, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela qal li l-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar jinsab fuq long sick leave minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
Il-Ministru qal li l-Kummissarju Cassar daħal l-isptar wara btala privata biex isirulu testijiet u issa jinsab fuq long sick leave.
Il-Ministru sostna li għalissa wieħed għandu jirrispetta l-perjodu ta’ konvalaxxenza u li l-Gvern mhu hgħamillu ebda pressjoni u se jirrispetta dan il-perjodu.
Il-Ministru Carmelo Abela sostna li huwa l-Kumissarju tal-Pulizija li jrid jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-futur tiegħu fil-Korp tal-Pulizija.
Il-Kumissarju ta-Pulizija Michael Cassar ilu fil-kariga ghal sena u erba’ xhur, minn Dicembru tal-2014, wara li kien inhatar kummissarju minflok Ray Zammit, li kellu jirrizenja wara l-kaz tal-isparatura tal-Ministru Manwel Mallia. Michael Cassar hu r-raba’ kummissarju tal-Pulizija mill-ahhar elezzjoni generali.
Fl-ahhar gimghat, l-attenzjoni fuq il-Korp tal-Pulizija kienet wahda kbira hekk kif saret pressjoni biex jigu investigati l-iskandli ta’ Gaffarena kif ukoll l-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri. Investigazzjonijiet li skont dak pubbliku, sal-lum ghadhom ma bdewx.



