Il-Partit Nazzjonalista s-Sibt filgħodu ltaqa’ mal-Għawdxin bħala parti mill-inizjattiva Idea Ambjent biex jisma’ l-ideat tan-nies u jħejji politika ambjentali bbażata u li tirrifletti dak li jridu n-nies.
Matul il-laqgħa, il-Perit Simone Vella Linecker, persuna li mhix involuta fil-Partit Nazzjonalista u li ntagħżlet biex tippresjedi l-Konvenzjoni Idea Ambjent, tkellmet dwar l-ideat li ħarġu s’issa u enfasizzat fuq il-bżonn li l-politiċi jħarsu lil hinn minn mandat wieħed ta’ ħames snin. Dan anke fid-dawl tal-qasma tal-Mepa, li firdet l-ippjanar mill-iżvilupp.
Fost dawk preżenti, anke l-Professur Maria Attard, li tmexxi l-Istitut tal-Iżvilupp Sostenibbli li twettaq ħidma kontinwa għal żvilupp iktar sostenibbli għal pajjiżna. Filwaqt li ndirizzat lil dawk preżenti, hi qalet li l-ambjent għandu jibqa’ fuq quddiem tal-politika ta’ kull Gvern.
Fil-ftuħ tal-laqgħa f’Għawdex Marthese Portelli qalet li l-politika ambjentali trid tmur lil hinn minn dik naturali u trid tiffoka wkoll fuq l-ambjent rurali, urban u kif dan jimpatta fuq l-ekonomija u t-turiżmu. Fid-dawl ta’ dan kollu l-politiku jrid jirrispetta u jippreserva l-karattru ta’ Għawdex u jżomm taħt għajnejh lill-bidwi, li għandu bżonn l-għajnuna.
Ryan Callus, il-Kelliem tal-PN għall-Ambjent qal li din il-laqgħa f’Għawdex, li hi tkomplija tal-Konvenzjoni Idea Ambjent li saret iktar kmieni din is-sena f’Malta, hi sinifikattiva għaliex il-Partit Nazzjonalista jagħraf li Għawdex għandu bżonnijiet u sfidi differenti minn Malta u għalhekk il-politika ambjentali tal-Partit Nazzjonalista trid tinkludi miżuri speċifici għal Għawdex.
L-interventi ta’ dawk prezenti tefghu dawl fuq il-probleemi li qed jaffaccja Ghawdex fejn jidhol l-ambjent, fost l-ohrajn ghaliex Ghawdex mhux rapprezentat fuq il-bordijiet tal-ambjent u l-ippjanar, fejn m’hemm l-ebda membru Ghawdxi.
L-ideat li qed joħorġu minn dawn il-laqgħat man-nies se jibnu l-politika ambjentali tal-Partit Nazzjonalista bl-għan li joffri proposti u jkun Gvern alternattiv.
//= $special ?>

