Lokali

Il-Prof. Xuereb jikseb l-approvazzjoni biex iservi fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja – Il-PN jawguralu

Il-Gvern illum permezz ta’ stqarrija ħabbar li l-Professur Peter G Xuereb kiseb l-approvazzjoni biex iservi bħala Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Qorti tal-Unjoni Ewropea.

Fl-istqarrija l-Gvern qal li jinsab kunfidenti li issa li kiseb din l-approvazzjoni, il-Professur Peter Xuereb jiġi nnominat b’mod uffiċjali mill-Istati Membri fl-24 ta’ Mejju li ġej.

Professur Xuereb hu l-Kap tad-Dipartiment tal-Liġi Ewropea u Komparattiva fil-Fakulta tal-Liġi u gradwa bħala avukat fl-1977. Huwa serva wkoll bħala konsulent f’diversi fergħat tal-liġi nazzjonali u Ewropea.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista awgura lill-Professur Peter G Xuereb li qed jiġi nnominat biex iservi bħala Imħallef fil-Qorti Ġenerali Ewropea tal-Unjoni Ewropea.

Il-Professur Peter G Xuereb kien nominat wara li fit-2 ta’ Marzu li għadda tħabbar li l-Prim Imhallef Silvio Camilleri ma kienx issodisfa il-kwalifiki biex iservi fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.