Ronald Apap ta’ 46 sena mill-Imqabba tressaq il-Qorti akkużat li l-Ġimgħa filgħodu hedded u attakka lill-gwardjan lokali Paul Borg u li għamel ħsara fi ħwejjeġ ħaddieħor li tammonta għal bejn €250 u €2,500 u li kiser il-paċi pubblika.
Quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, Apap wieġeb li mhux ħati tal-akkużi. Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €200 u garanzija personali ta’ €1000. Il-Qorti mponiet ukoll diversi kundizzjonijiet, fosthom li ma javviċinax ix-xhieda u jiffirma darba fil-ġimgħa l-għassa taż-Żurrieq.
//= $special ?>

