B’referenza għall-istorja bil-filmat “Se nispiċċa barra fit-triq” – Palestinjan li ilu 10 snin Malta” li deheret nhar it-22 ta’ April, 2016, L-Agency for the Welfare of Asylum Seekers fi dritt għar-risposta qalet li mhux minnu li din il-persuna kienet ser tispicca barra fit-triq kif kien allegat.
Fir-risposta, l-AWAS, tiddepplora l-fatt li r-rapport ħareġ mingħajr ma saru l-verifiki mall-awtoritajiet kompetenti.
L-AWAS tikjarifika li minkejja li għal raġunijiet ta’ privatezza tal-utenti tas-servizz u ta’ etika professjonali mhuwiex possibbli li nippubblikaw dettalji kunfidenzjali, l-AWAS tinforma li is-Sur Adel Hassan kienet diġa ġie offrut lilu akkommodazzjoni alternattiva li tieħu in konsiderazzjoni l-bżonnijiet partikolari tiegħu, pero din ġiet irrifjutata. Is-Sur Hassan ma hax l-opportunita’ li ingħatatlu ukoll biex jitkellem mal-istaff tal-AWAS.
Huwa verament ta’ dispjacir li storja ta’ natura umana giet irrappurtata b’tali mod tant inuman.
//= $special ?>

