Raġel ta’ 67 sena mis-Siġġiewi weġġa’ gravi wara li nqabditlu siequ fil-mutur tal-ħart li kien qed jaħdem bih f’għalqa fl-inħawi tas-Salib tal-Għolja fis-Siġġiewi.
Jirriżulta li għall-ħabta tad-9:20am ir-raġel kien qed jaħdem fl-għalqa meta għal xi raġuni il-mutur tal-ħart qabadlu siequ.
Ir-raġel ttieħed mmedjatament l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
//= $special ?>

