Tifel ta’ 15-il sena qed ikun imfittex mill-Pulizija wara li aktar kmieni allegatament darab lil ommu b’sikkina waqt argument fid-dar tagħhom fi triq il-Mintbħa f’Wied il-Għajn.
L-argument jidher li żviluppa ftit wara l-11a.m. bejn l-omm ta’ 38 sena u binha, x’ħin allegatament it-tifel ħebb għal ommu b’sikkina u feriha f’idejha. L-omm ittieħdet iċ-ċentru tas-saħħa għal aktar kura u rriżulta li ġarrbet ġrieħi ħfief f’idejha.
Fuq il-post marru l-pulizija, iżda t-tifel jidher li ħarab mill-gallarija tad-dar. Aktar tard t-tifel r-ritorna d-dar u kien hemm li l-Pulizija setghet titkellem mieghu.
//= $special ?>

