Raġel ta’ 34 sena u żagħżugħ ta’ 24 sena ittieħdu l-Isptar Mater Dei isofru minn ġrieħi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Marsa. Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fil-bypass tal-Marsa għall-ħabta ta’ 5.30a.m. meta seħħ impatt bejn vettura tat-tip Isuzu Elf misjuqa mir-raġel ta’ 34 sena minn Marsaskala u vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Imsida.
Ir-raġel ta’ 34 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Iktar tard, anki ż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar għall-kura.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>

