Lokali

7 sewwieqa jinqabdu jsuqu taħt l-effett tal-alkoħol

Seba’ sewwieqa nqabdu jsuqu taħt l-effett tal-alkoħol f’road checks li saru kmieni llum.

Twaqqfu u kienu mfittxija total ta’ 87 karozza fl-inħawi ta’ San Ġiljan, San Ġwann, l-Iklin, Birkirkara, is-Swieqi u Pembroke.

Is-seba’ xufiera li nqabdu nstabu li kienu qed isuqu b’veloċità għola minn dik li tippermetti l-liġi. Oħrajn twaqqfu minħabba kontravenzjonijiet oħra, fosthom talli kienu qed isuqu mingħajr liċenzja valida, talli saqu mingħajr liċenzja tat-triq valida, talli saqu mingħajr assikurazzjoni, talli pparteċipaw fi trial run, talli saqu minn fuq dawl aħmar u talli ma libsux iċ-ċinturin tas-sigurtà.

Persuna oħra twaqqfet talli qabżet linja bajda sħiħa u talli m’obdietx l-ordinijiet tal-pulizija, fost oħrajn.