Għawdex

Aġġornata bil-filmat: Il-Ministru Anton Refalo jinqabad isuq bla insurance – mitlub jerfa’ r-responsabbilta’ politika

Aktar minn xahar ilu, l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo nqabad isuq il-karozza privata tiegħu mingħajr polza ta’ assigurazzjoni u mingħajr liċenzja.

Anton Refalo nqabad isuq kontra l-liġi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Għawdex li seħħ fis-16 ta’ Marzu li għadda – aktar minn xahar ilu.

Jirriżulta li Anton Refalo żamm dan l-inċident mistur – anke minkejja l-fatt li kien jaf li nqabad isuq mingħajr insurance. Kienet il-media li żvelat dan il-każ ta’ Anton Refalo.

Fid-difiża tiegħu, Anton Refalo qal li kienet il-kumpanija tal-assigurazzjoni li ma ħallsitx il-liċenzja u mhux hu. Dak żvelat ġab ir-reazzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li f’Ħaż-Żebbuġ qal hekk.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, s-Sindku Nazzjonalista tar-Rabat Għawdex Samuel Azzopardi rriżenja mill-kariga minħabba li kien involut f’inċident tat-traffiku, u li konsegwenza ta’ hekk, mistennija jittieħdu passi kontrieh fil-Qorti.