Aktar ma Joseph Muscat jiddefendi lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi, kif reġa’ għamel bis-saħħa dalgħodu, aktar jikber is-suspett li Muscat stess hu involut fl-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama.
Il-Partit Nazzjonalista qal dan fi stqarrija hekk kif kif skont dak li hu żvelat sa issa, l-id il-leminija u l-id ix-xellugija ta’ Joseph Muscat fetħu żewġ kumpaniji sigrieti fil-Panama wara l-elezzjoni ġenerali. Fl-istess żmien infetħet kumpanija oħra bl-istess metodi u mill-istess kumpanija għal xi ħadd ieħor li l-isem dwarha ngħata fuq Skype. Flok keċċihom minnufih, Muscat qed jagħżel li jiddefendi lil Schembri u lil Mizzi. Għaliex? Jista’ jkun li hu involut magħhom?
Id-diskors ta’ Muscat dalgħodu jikkonferma kemm Muscat huwa maqtugħ mir-realtà u in denial. Flok jammetti li hemm problema fl-Isptar Mater Dei, Muscat qed jalludi ruħu li kollox miexi fuq ir-rubini. Jekk lanqas jinduna li hemm il-problemi, wisq anqas kemm se jsolvihom.
//= $special ?>

