Il-ħaddiem Malti qed iħallas bit-taxxi tiegħu għall-paga ta’ Carmel Magro, li l-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat għamlu miljunarju, kif ukoll ta’ martu.
Dan hekk kif Carmel Magro, sid il-kumpanija TEC Limited, kien impjegat tal-Enemalta sakemm il-ħaddiema kollha għaddew taħt il-kumpanija Engineering Resources Limited f’Awwissu 2014.
Din il-kumpaija taqa’ taħt idejn il-Gvern, u magħha jaħdmu madwar 1,500 impjegat li kienu fuq il-kotba tal-Enemalta. Magro ġie sekondat mal-general Workers’ Union, iżda s-salarju tiegħu, li jvarja bejn €25,300 sa €30,000 fis-sena, għadu jitħallas mit-taxxi tal-poplu.
Jirċievi wkoll perkaċċi u allowances oħra. Dan filwaqt li martu Mariella, li hi wkoll sħab miegħu fil-kumpanija TEC Limited, tirċievi salarju li jista’ jlaħħaq l-€24,000.
Minn meta l-Gvern Laburista ħa l-poter, Carmel Magro gawda kuntratti li wasslu għal introjtu kbir għal kumpanija tiegħu fosthom kuntratti b’rabta mal-karnival, il-Valletta Summit, iċ-CHOGM u attivitajiet oħra nazzjonali.
Fost dawn ħa flus għal tinda waqt iċ-CHOGM li lanqas biss intużat wara li fl-2013 Magro kien provda bosta tined lil Partit Laburista għall-attivitajiet politiċi fil-kampanja elettorali.
//= $special ?>

