Jum storiku għal Ħal Qormi hekk kif il-Ħadd filgħodu saret purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-275 sena mill-wasla tagħha f’Citta Pinto.
Għall-kuntrarju tas-soltu, din id-darba l-istatwa ta’ San Ġorġ ħarġet mill-Knisja Arċipretali ta’ San Ġorġ filgħodu, bil-purċissjoni tibda fid-disgħa neqsin kwart.
Matul il-purċissjoni, l-istatwa twasslet ukoll sal-parroċċa ta’ San Bastjan, f’mument storiku fejn l-istatwa ntrefgħet ukoll mir-reffiegħa Bastjaniżi. Dan fl-isfond tal-mużika mill-banda Soċjetà Filarmonika Pinto.
Minn hemm il-purċissjoni kompliet lejn il-kamra tan-nar ta’ San Ġorġ, fl-okkażjoni tad-90 sena mit-twaqqif tal- Għaqda 23 t’April.
Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-275 anniversarju mill-wasla tal-istatwa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi jkomplu, fost l-oħrajn fis-6 ta’ Mejju b’attivita’ mill-kamra tan-nar.
//= $special ?>

