B’reazzjoni għall-istqarrija maħruġa mill-Ministru għal Għawdex, l-eks Sindku tar-Rabat Għawdex, Samuel Azzopardi, ċaħad l-allegazzjonijiet serji li saru fil-konfront tiegħu. Fl-istqarrija tal-Ministeru saret referenza ċara għal Samuel Azzopardi li hu kien qed isuq allegatament taħt influwenza ta’ sustanzi.
Fi kliemu, Samuel Azzopardi ċaħad li dakinhar tal-inċident tat-traffiku jew f’ħajtu hu qatt ma ħa sustanza jew sustanzi illegali u kwalsiasi allegazzjoni simili li hi initiża biex ittellef mill-ġieħ, integrita’ jew reputazzjoni tiegħu.
Samuel Azzopardi fi stqarrija, appella lil-Ministru għal Għadwex biex ikun ġust fl-istqarriji tiegħu.
//= $special ?>