Hekk kif Barack Obama, il-President tal-Istati Uniti, temm iż-żjara tiegħu, hu wissa li għad-differenża ta’ dak li jsir illum, jekk ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea anki l-kummerċ mal-Istati Uniti jkun effettwat ħażin.
F’intervista mal-BBC, Obama qal li jekk f’Ġunju r-Renju Unit jivvota biex jitlaq mill-Unjoni Ewropea, ftehim kummerċjali mal-Istati Uniti jista’ jibda jieħu għaxar snin biex ikun finalizzat.
Apparti minn hekk, hu qal li l-piż tar-Renju Unit fix-xena internazzjonali jitnaqqas sew.
Il-kummenti ta’ Obama qanqlu kritika kbira minn dawk li qed jaħdmu biex ir-Renju Unit ma jibqax membru tal-UE. Tir ewlieni taż-żjara ta’ Obama fir-Renju Unit kien li jħeġġeġ l-appoġġ għas-sħubija tar-Renju Unit fl-UE.
Fil-23 ta’Ġunju se jsir ir-referendum dwar jekk ir-Renju Unit għandux jibqa’ membru tal-UE u l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika qed juri li ż-żewġ naħat huma kważi maqsumin indaqs bid-dibattitu jsir aktar imqanqal aktar ma toqrob id-data.
Hu qal ukoll li kien ikun żball jekk il-pajjiżi tal-Punent jibagħtu t-truppi fis-Sirja u li s-sitwazzjoni fil-Libja kellha implikazzjonijiet kbar għall-Ewropa.
Il-Ħadd hu beda żjra ata’ jumejn fil-Ġermanja.
Obama dwar l-ekonomija u s-sħubija tar-Renju Unit fl-UE
