Ewropa Internazzjonali

Partit tal-lemin estrem jirbaħ l-ewwel fażi tal-elezzjoni fl-Awstrija

Il-partit tal-lemin estrem, il-partit bl-għajta ta’ kontra l-immigrazzjoni fl-Awstrija jirbaħ b’mod komdu l-ewwel fażi tal-elezzjoni Presidenzjali.

L-awtoritajiet tal-elezzjoni ħarġu indikazzjonijiet kmieni li juru li l-kandidat f’isem il-partit lemini tal-Freedom Party ġab 35% tal-vot, u ħalla liż-żewġ partiti rivali bi ftit aktar minn 10% kull wieħed.

Il-kandidat Norbert Hofer kellu kampanja favur l-użu tal-armi, fejn anke matul il-kampanja elettorali tiegħu kien iġorr il-pistola miegħu, fejn pubblikament kien jiddikjara li l-unika soluzzjoni, biex jirreaġixxu għan-numru kbir ta’ immigranti li qed jidħlu fl-Ewropa, hi li n-nies ikunu fil-liberta’ li jġorru l-armi magħhom.

Sondaġġi li ħarġu l-ġimgħa l-oħra kienu qegħdin juru kif Alexander Van der Bellen, li huma ambjentalist radikali u tifel ta’ refuġjati, b’vantaġġ żgħir fuq Norbert Hofer.

B’hekk issa jħalli lil Aleander Van der Bellen u Irmegard Griss qegħdin jissieltu għat-tieni post, sabiex fit-22 ta’ Mejju li ġej jaffront lir-rebbieħ tal-llejla, Hofer.

Għall-ewwel darba fl-istorja minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija, ż-żewġ partiti l-kbar is-Soċjalisti u l-Partit tal-Poplu, ma rnexxilhomx jgħaddu għall-fażi li jmiss. Dawn iż-żewġ partiti kienu ilhom imexxu l-Awstrija għall-snin twal. Din turi rieda kbira mill-poplu tal-Awstrija hekk kif mill-1945 dejjem kien hemm President taċ-ċentru lemin jew ċentru xellug.