Turiżmu

Renovazzjoni fil-lukanda San Lawrenz f’Għawdex

Il-lukanada Kempinski San Lawrenz ħabbret li lestiet it-tieni fażi ta’ rinovazzjoni fil-lukanda b’investiment ta’ madwar sitt miljun ewro.

Fil-lukanda sar tisbieħ mhux biss fil-kmamar Deluxe iżda wkoll fil-kmamar Standard, bil-grupp Kepinski jgħid li l-lukanda issa saret ferm aktar sostenibbli għat-turiżmu u konformi mal-linji gwida tal-ECO.

Ir-rinovazzjoni li saret f’din il-lukanda ewlenija f’Għawdex mistennija tkompli ssaħħaħ il-qasam tat-turiżmu fil-gżira Għawdixja.

L-amministrazzjoni tal-lukanda qalet li l-grupp ħa wkoll inizjattivi biex il-lukanda tibqa’ dejjem viċin il-komunita’, u l-grupp se jkompli jaħdem mill-viċin b’kooperazzjoni ma’ dawk kollha involuti biex jiġi offrut servizz xieraq lil kulħadd.

Il-grupp Kempinski beda jopera fis-settur turistiku sa mill-1897 u għandha mat-72 lukanda b’ħames stilel immxerrdin ma’ 31 pajjiż madwar l-Ewropa, kif ukoll fil-Lvant Nofsani, l-Afrika u l-Asja.