Żewġt irġiel Somali lbieraħ filgħaxija kienu nvoluti fi ġlieda, li seħħet f’Ta Sannat Għawdex. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8.10pm fi Triq l-Isqof Davide Cocco Palmieri.
Iż-żewġ Somali kellhom jittieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura. Wieħed minnhom għandu 39 sena u joqgħod Ta’ Sannat stess, filwaqt li l-ieħor għandu 21 sena u joqgħod iż-Żebbuġ.
Kif waslu fil-post, il-Pulizija sabu liż-żewġ Somali midruba u anke flixkun tal-ħġieġ imkisser. Madankollu, għadu mhux ċar x’wassal għall-ġlieda, hekk kif il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>