Id-diretturi tal-kumpanija Mr Clean ingħataw il-liberta’ proviżorja wara li llum kompla jinstema’ l-każ dwar allegat traffikar ta’ persuni. L-Akkużati Joseph Degiorgio ta’ 71 sena minn Ħal Balzan u wliedu Paul Degiorgio ta’ 47 sena minn Ħal-Lija u Christopher Degiorgio ta’ 42 sena min-Naxxaringħataw il-liberta’ proviżorja fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €20,000 filwaqt li Josianne Bugeja Degiorgio ta’ 34 sena minn Ħal Balzan ingħatat il-liberta’ proviżorja fuq depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €15,000.
Il-Qorti nnutat ukoll li l-akkużati twasslu l-awla kważi tliet kwarti tard. Il-Qorti kkundannat l-aġir tad-Direttur tal-Ħabs talli ma pprovdies skorta fil-ħin propizju ordnat mill-Qorti. Il-Maġistrat ordnat ukoll li d-Direttur tal-Ħabs jidher quddiem il-Qorti fis-seduta li jmiss sabiex jispjega għemilu. Il-Qorti ordnat ukoll li kopja tal-verbal ikun komunikat lill-Ministri tal-Ġustizzja u tal-Intern.
Iktar dettalji dwar ix-xhieda ta’ dalgħodu iktar tard.
//= $special ?>
