Għall-ħabta tas-12:45 ta’ dalgħodu seħħ inċident tat-traffiku li fih kienu nvoluti ħames vetturi. L-inċident seħħ fi Triq Sant Andrija San Ġiljan, bejn il-mina u lights ta’ Paceville direzzjoni lejn l-Imsida.
L-inċident l-ewwel seħħ bejn karozza tat-tip Toyota misjuqa minn raġel ta’ 36 sena u Toyota oħra misjuqa minn ġuvni ta’ 17-il sena. Dan l-inċident wassal biex ħabtu 3 karozzi oħra li huma Toyota misjuqa minn raġel ta’ 31 sena, Renault misjuqa minn Taljan ta’ 33 sena u karozza tal-RIU.
Kawża ta’ dan l-inċident it-Taljan u x-xufier tal-karozza tal-Pulizija kellhom jittieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura.
Il-Pulizija fetħet investigazzjoni dwar dan l-inċident
//= $special ?>

