Il-katina ta’ ħwienet BHS it-Tnejn kellu jibda proċeduri uffiċjali minħabba falliment. Pass li aktarx se jwassal għas-sensja tal-11,000 impjegat li hemm mal-kumpanija.
Il-proċedura toffri ċerta protezzjoni lill-kumpanija mill-falliment hekk kif jippruvaw jaraw jekk hemmx xi ħadd interessat li jixtriha.
Il-pass ittieħed wara li fi tmiem il-ġimgħa fallew taħditiet mas-Sports Direct biex jixtri xi wħud mill-164 stabbiliment tal-BHS
Il-BHS, li originarjament kien ifisser British Home Stores, kien ilu żmien bi problemi finanzjarji u issa akkumula mal-1.3 biljun Lira Sterlina f’dejn. L-ewwel ħanut tal-BHS kien infetaħ fl-1928 fi Brixton f’Londra.
Il-BHS se jkompli jiffunżjona sakemm jinstab xerrej għall-kumpannija.
Dan qed jitqies bħala l-akbar falliment ta’ stabbiliment kummerċjali fir-Renju Unit minn mindu fl-2008 kien falla Woolworths u li kien jimpjega mat-30,000 persuna.
IR-RENJU UNIT: Il-BHS jibda proċeduri uffiċjali minħabba falliment
