Internazzjonali

Jerġa’ jiftaħ l-istazzjon ta’ Maelbeek f’Brussel

epa05276598 Passengers at the Maelbeek - Maalbeek metro station, during its reopening one month after it was closed due to the terrorist attacks, in Brussels, Belgium, 25 April 2016. At least 31 people were killed and hundreds injured on 22 March 2016 in bomb explosions at the departures hall of the airport and at Metro stations in downtown Brussels. Militants of the terrorist militia refering to itself as Islamic State (IS) have claimed responsibility for the attacks. EPA/OLIVIER HOSLET

L-istazzjon tal-metro ta’ Maelbeek fi Brussel reġa’ fetaħ għall-pubbliku xahar wara li kien fil-mira ta’ attakk terroristiku. Attakk li seħħ fl-istess ħin li kien attakkat l-ajruport ta’ Zaventem u li kien ħalla 32 persuna mejta, 16 f’Maelbeek.
L-istazzjoni hu miftuħ parzjalment biex bil-mod il-mod jerġa’ jibda jintuża fil-kapaċità kollha tiegħu. Dan fost għassa kbira.
Fl-istazzjon ftit li xejn kienet saret ħsara strutturali fl-attakk u issa hemm memorjal ta’ tifkira tal-attakk permezz ta’ kitba fuq parti minn ħajt mill-qraba tal-vittmi u dawk li salvaw. Dawn żaru l-post is-Sibt li għadda.
L-ajruport ta’ Zaventem f’Brussel diġà kien beda jintuża imma b’mod limitat u mistenni jerġa’ jibda jintuża fis-sħiħ lejn Ġunju.