Lokali

Tinsiex tieqaf fuq il-lights … jekk tarahom!

Traffic lights eżistenti fil-parti l-ġdida ta’ Triq il-Kosta spiċċaw mgħottija waqt xogħol li għaddej. Dan meta xi ħadd iddeċieda li quddiemhom eżatt iwaħħal sett ta’ arbli ġodda.

Jidher li dan seħħ hekk kif fil-post qed titwaħħal sistema’ ġdida ta’ traffic lights, b’dawk antiki li mistennija jinbidlu fil-jiem li ġejjin.

Iżda għal xi raġuni ħadd ma ġieh f’moħħu li sakemm is-sistema’ ġdida tibda topera, it-traffic lights eżistenti tgħattew kompletament.

Nittamaw li ma nisimgħux b’xi inċident minħabba nuqqas ta’ ħsieb.