Internazzjonali

Vot favur l-Ewropa fis-Serbja

Il-partit tal-Prim Ministru Serb Aleksandar Vucic rebaħ l-elezzjoni ġenerali li saret fis-Serbja l-Ħadd. Dan hekk kif il-Partit Progressiv tiegħu rebaħ aktar minn 50 fil-mija tal-voti.
Il-vot kien qed jitqies bħala referendum dwar jekk il-pajjiż għandux jaqbad it-triq lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropea inkella f’xi forma ta’ alleanza mill-qrib mar-Russja bil-partit ta’ Vucic ikun dak li jrid jaqbad it-triq lejn l-Unjoni Ewropea.
Kien hemm attenzjoni partikulari għal kif kien se jmur il-Partit Radikali ta’ Vojislav Seselj, li jrid rabtiet mill-qrib mar-Russja. Imma dan spiċċa fit-tielet post b’seba’ fil-mija tal-voti bis-Soċjalisti jiġu t-tieni bi 13 fil-mija tal-voti.