Lokali

Aġġornata: Żewġ inċidenti bil-mutur, fin-Naxxar u ż-Żurrieq

Dalgħodu seħħew żewġ inċidenti separati f’temp ta’ ftit minuti u li fit-tnejn kienu nvoluti muturi. L-inċidenti seħħew fiż-Żurrieq u in-Naxxar.

Fl-inċident taż-Żurrieq kien involut raġel ta’ 49 sena mill-Munxar Għawdex, li skont l-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li waqa’ bil-mutur iżda ma kellu mpatt mal-ebda vettura. Ir-raġel sofra biss xi feriti ħfief.

Fl-inċident l-ieħor, jirriżulta li l-mutur misjuq minn raġel inqabad taħt karozza. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.