Lokali

Filmat: Il-Partit Laburista jiftaħ attakk kontra Chris Said

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Partit Laburista akkuza lil Chris Said b’favoritiżmu politiku qabel l-aħħar elezzjoni. Dan għaliex skont il-Lejber u l-gazzetta KullHadd, Said ta l-barka tiegħu biex art fin-Naxxar tinxtara minn sidien privati, meta sippost kellu jsir proġett mill-Housing.

Fi sqarrija l-PN sahaq illi, li ma qalx il-Partit Laburista hu, li dan il-bejgħ ta’ art kien parti minn policy li kienet qed tiġi addottata fil-leġiżlatura li għaddiet, jiġifieri li ssir ġustizzja ma’ individwi jew familji li tkun itteħditilhom l-art jew proprjetà fis-snin preċedenti (b’espropjazzjoni jew requisition).

Il-Ministru Michael Farrugia ġie mistoqsi jekk dak li qal fil-konferenza tal-ahbarijiet fil-konfront ta’ Chris Said humiex allegazzjonijiet jew sempliċi mistoqsijiet.

Interessanti l-fatt li l-perijodu li qed jitkellem dwaru l-Ministru Michael Farrugia meta inxtrat din l-art li qed isemmi… hija l-istess ġimgħa li fiha bdew il-proċeduri biex jinfetħu tliet kumpaniji sigrieti fil-Panama, li tnejn minnhom huma ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi u l-oħra għadna ma nafux ta’ min hi.

Huwa ċar, sostna l-PN, li wara Simon Busuttil, Ann Fenech, Beppe Fenech Adami u Mario de Marco, issa jmiss li l-Partit Laburista jiftaħ attakk sistematiku u ta’ disprament kontra Chris Said, b’allegazzjonijiet li dwarhom diġà ġew spjegati l-fatti.