Raġel Olandiż, imlaqqam ‘id-Dentist tal-Orrur’ li kien biċċer il-ħluq ta’ xi 120 pazjent taħt il-kura tiegħu, spiċċa kkundannat għal tmien snin ħabs fi Franza.
Il-prosekuturi qalu li Jacobus van Nierop, ta’ 51 sena, ‘kien jieħu pjaċir jagħmel sfreġju sħiħ lill-pazjenti’ hu u ‘jipprattika l-professjoni’ fil-belt ta’ Chateau-Chinon. Intant, van Nierop hu pprojbit milli jipprattika d-dentistrija u anki spiċċa mmultat mal-10,500 ewro. Dan wara li d-dentist ħarab lejn il-Kanada fost l-eqqel tas-suspetti dwaru u fejn kien irreżista bis-sħiħ l-estradizzjoni lejn Franza, li seħħet fl-2014.
Il-qorti fil-belt ta’ Nevers semgħet li l-pazjenti tad-dentist batew, fost oħrajn, minn sensiela ta’ infezzjonijiet u ‘sfreġju fil-ħalq’ waqt li f’każi, kien hemm ukoll pazjenti li spiċċaw bi ksur fix-xedaq.
Il-qorti semgħet li van Nierop ‘kien iraqqad il-pazjenti qabel jimmutilahom fil-klinika’, bil-prosekuturi jaqblu li l-imputat kien isegwi ‘proċeduri li m kinux neċessarji, u li kkaġunaw l-uġigħ bla bżonn’.
Ingħad li l-Olandiż kellu l-iskop li jagħmel il-gwadann mill-iskemi għall-assikurazzjoni medika tal-pazjenti, ‘u fejn il-gost tiegħu kien li jweġġa’ kemm jiflaħ lill-pazjenti’.
//= $special ?>