Membru ewlieni tal-Partit AK (Iżlamiku) li qed imexxi l-Gvern tat-Turkija sejjaħ biex is-sekulariżmu ma jiffurmax parti mill-Kostituzzjoni ġdida, waqt li insista li ‘t-Turkija hi pajjiż Musulman’.
L-iSpeaker tal-Parlament Tork, Ismail Kahraman, li qed jissorvelja l-ħidma fuq l-abbozz tal-Kostituzzjoni, sostna li t-Turkija għandha jkollha Kostituzzjoni reliġjuża. Intant, il-Kap tal-Kummissjoni Kostituzzjonali qal, mill-banda l-oħra, li l-Partit AK ma ddiskutiex it-tneħħija tal-valuri sekulari.
Dan meta l-kritiċi jinkwetaw li qed titnaqqar il-bażi sekulari tal-Istat modern tat-Turkija
//= $special ?>