Lokali

FILMAT – L-ISKANDLU TAL-PANAMA: “Mhux se nindaħal lill-Prim Ministru”

Il-Ministru Michael Farrugia jemmen li m’għandux jindaħal lill-Prim Ministru meta se jkeċċi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri fuq l-akkużi serji relatati mal-iskandlu tal-Panama. Hekk stqarr dalgħodu meta kien qed jindirizza lill-ġurnalisti f’konferenza tal-aħbarijiet li saret fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

L-istess domanda saret ilbieraħ lill-Ministru Edward Zammit Lewis illi fit-tweġiba tiegħu ma xtaqx jikkommetti ruħu u jgħid meta se tittieħed id-deċiżjoni mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Qalilna biss li deċiżjoni mistennija fil-ġranet li ġejjin.

Minn naħa tiegħu, Michael Farrugia wieġeb li din hija prerogattiva tal-Prim Ministru biss.