Meta tkun nieżel din ir-rampa f’Ħal Tarxien, attent li ma taqbiżx il-limitu tal-veloċità!
Jirriżulta li nqalgħet parti minn sleeping police minn parti oħra tat-triq, u sussegwentament xi ħadd iddeċieda li b’ċajta jpoġġiha fuq rampa li tintuża minn anzjani u persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti jew bil-pushchairs.
Iżda min għamel din iċ-ċajta ma rrealizzax kemm din setgħet tkun perikoluża għal xi ħadd li ma jindunax biha, filwaqt li għalaq l-uniku aċċess għall-wheelchairs u pushchairs f’din it-triq.
//= $special ?>

