Raġel ta’ 27 sena intbagħat il-ħabs wara li wieġeb mhux ħati ta’ traffikar ta’ droga wara li nstab b’150 gramma kannabis fil-pussess tiegħu waqt raid fir-residenza tiegħu fil-Gżira.
Omar Bekbak, ċittadin Malti imwieled Malta, tressaq quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja akkużat ukoll li kellu d-droga eroina fil-pussess tiegħu u li sar reċidiv.
L-Ispettur Gabriel Micallef qal li minbarra s-sustanzi projbiti, it-tfittxija tal-bieraħ fir-residenza tal-akkużat wasslet ukoll għas-sejba ta’ oġġetti oħra relatati mat-traffikar tad-droga fosthom żewġ miżien. L-Avukat Jason Azzopardi, li qed jidher għal Bekbak, m’għamilx talba għall-liberta’ proviżorja iżda għamel talba lill-Qorti sabiex tordna lid-direttur tal-ħabs jagħti t-trattament meħtieġ minħabba li l-akkużat ibati mill-vizzju tad-droga.
//= $special ?>
